Surveyor tal-artijiet Land surveyor

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Is-sinjal għal SURVEYOR TAL-ARTIJIET għandu żewġ partijiet, it-tnejn magħmulin biż-żewġ idejn. (i) L-ewwel, id waħda tieħu l-forma ta’ 5 u titqiegħed quddiem bil-pala tħares ’l isfel. L-id l-oħra tieħu l-forma ta’ L bil-pala tħares ’l isfel ukoll u ddur dawra ikbar mill-id ftit ’il fuq mill-id il-wieqfa. (ii) Imbagħad, id waħda tieħu l-forma ta’ D u tieqaf bil-pala tħares lejn il-ġenb u bil-werrej jipponta ’l fuq. L-id l-oħra tieħu l-forma ta’ V bil-pala tħares ’l isfel u tagħti skossi żgħar orizzontali mingħajr ma timxi.

The sign for LAND SURVEYOR consists of two parts, both made with two hands. (i) First, one hand takes the shape of 5 and is placed at the fron with palm facing downwards. The other hand takes the shape of L with palm facing downwards and moves around beyond the size of the hand and a little above it. (ii) Then, one hand takes the shape of D and is held stationary with palm facing the side and index finger pointing upwards. The other hand takes the shape of V with palm facing downwards and makes jerky horizontal movements without moving away.